Il-Kabinett ma jilqax it-talba biex l-aħwa Degiorgio u Vince Mucat jingħataw il-maħfra presidenzjali

Il-Kabinett irrifjuta t-talba li saret mill-aħwa Degiorgio, Alfred u George Degiorgio, u Vincent Muscat, biex jingħataw il-maħfra presidenzjali. Dan tħabbar mill-Gvern illum.

Il-Gvern qal li r-rifjut għall-għoti tal-ħmaħfra hija b’konformità mal-parir tal-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija.

Il-Gvern qal li d-deċiżjoni tal-Kabinett mhux biss hija bbażata fuq il-partit tal-istituzzjonijiet relevanti, iżda hija wkoll fl-interess nazzjonali u l-ġustizzja.

Qabel il-laqgħa tal-Kabinett, il-Ministru Carmelo Abela ddikjara li fid-dawl tal-allegazzjonijiet bla bażi mressqa dwaru minn Jason Azzopardi u l-kawża ta’ libell li fetaħ kontra tiegħu, huwa ddeċieda li jirrikuża ruħu.

Il-Ministru Abela spjega kif ħa din id-deċiżjoni “minkejja li ma hemm ebda raġuni statutorja jew raġuni oħra biex nagħmel dan, iżda biss biex nevita li xi ħadd jogħġbu jixħet suspett ta’ imparzjalità jew dubju fil-ħidma tal-Kabinett.”

Share With: