“Il-Gvern ma kiser ebda liġi fil-ħatriet tal-membri tal-ġudikatura”

Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ikkonfermat li l-Gvern ma kiser ebda liġi, la Maltija u lanqas tal-Unjoni Ewropea, relatata mal-ħatriet ta’ membri tal-ġudikatura. Il-Qorti tat din id-deċiżjoni lbieraħ f’kawza li kienet fetħet l-għaqda Repubblika fil-qrati ta’ Malta f’April tal-2019.

L-għaqda Repubblika kienet sfidat fil-Qorti Kostituzzjonali l-poteri li kellu l-Prim Ministru fl-għażla u l-ħatra tal-imħallfin u l-maġistrati. Ta’ min ifakkar li l-provviżjonijiet li kienu jagħtu poter lill-Prim Miniustru li jaħtar il-membri tal-Ġudikatura kien ilhom hemm mill-1964 sakemm saru tibdiliet fil-liġi fl-2016 meta l-Prim Ministru reħa min idu l-0poter li jaħtar l-Imħallfin u l-Maġistrati.

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu dwar is-sentenza il-Prim Ministru Robert Abela f’messaġġ fil-midja soċjali laqa’ d-deċiżjoini tal-Qorti Ewropea u fissirha bħala konferma tar-rieda li għandu l-gvern li jkompli jwettaq ir-riformi għat-tisħiħ tas-saltna tad-dritt f’pajjiżna. 

Huwa fisser ukoll illi s-sentenza tal-Qorti Ewropea tikkonferma r-rikonoxximent għar-riformi li qed jitwettqu fosthom it-tisħiħ tas-sistema ġudizzjarja b’risq iċ-ċittadini Maltin.

Min-naġħa tiegħu, il-Partit Laburista stqarr li s-sentenza tal-qorti Ewropea tikkonferma kemm l-attakk tal-Partit Nazzjonalista fuq l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna huwa wieħed inġust. Inġust aktar minn hekk li dan l-attakk kontra Malta kontinwament jagħmluh barra minn xtutna.

F’dan il-każ, l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil flimkien mad-Deputati Nazzjonalisti Jason Azzopardi u Therese Commodini Cachia kienu minn ta’ quddiem nett jassistu biex tinfetaħ din il-kawża kontra pajjiżna. Kawża li wriet, li lil hinn mid-diskors partiġġjan, ir-riformi fl-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna saħansitra kienu mill-iktar ambizzjużi.

Share With: