Il-Gvern jiffinanzja publikazzjoni minn persuna nieqsa mid-dawl

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Klieb Gwida li kien imfakkar ilbieraħ, il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja ħabbar li se jiffinanzja l-publikazzjoni tar-rumanz “Is-Sigriet tas-Siġill” li l-qliegħ kollu minnu se jmur għall-Malta Guide Dogs Foundation. Dan il-ktieb, li se jkun ippubblikat fil-ġimgħat li ġejjin inkiteb minn Alfred Reale li sitt snin ilu tilef id-dawl ta’ għajnejh.

Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalita tal-Ħajja, Julia Farrugia Portelli faħħret lil ex-suldat Alfred Reale għad-dedikazzjoni tiegħu li ma jħallix id-diżabilità li għandu timpedih jew tfixklu milli jikteb dan il-ktieb.

Hija sostniet ukoll li l-Ministeru tagħha huwa kburi li se jkun qed ffinanzja dan il-ktieb sabiex il-Fondazzjoni tkun megħjuna tkompli bil-ħidma tagħha. 

Il-Fondazzjoni, fost il-ħidma tagħha hemm li tipprovdi lil persuni neqsin mid-dawl klieb gwida  li wkoll jipprovdu opportunitajiet biex persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jinteraġixxu soċjalment u jkunu aktar indipendenti.

Share With: