Il-FIFA tiddeplora l-ħolqien tas-Super League

Waqt il-Kungress tal-UEFA li qed isir bħalissa, il-president tal-FIFA, Gianni Infantino, qal li l-Federazzjoni mondjali qed turi solidarjetá massima mal-UEFA rigward il-ħolqien tas-Super League. 

 “Il-FIFA tiddeplora bil-qawwa kollha l-ħolqien ta’ Super League li huwa ħanut magħluq, li huwa t-tifrik tal-istituzzjonijiet attwali, mill-kampjonati, mill-assoċjazzjonijiet, mill-UEFA, u mill-FIFA. ”

 “Hemm ħafna x’tarmi għal forsi qligħ finanzjarju għal żmien qasir ta’ wħud. In-nies għandhom bżonn jaħsbu sewwa. Għandhom bżonn jirriflettu u għandhom jassumu r-responsabbiltà. “

 “Jekk xi wħud jagħżlu li jmorru fit-triq tagħhom, allura għandhom jgħixu bil-konsegwenzi tal-għażla tagħhom. Huma responsabbli għall-għażla tagħhom. B’mod konkret, dan ifisser jew inti ġewwa jew inti barra. Ma tistax tkun nofs ġewwa jew nofs barra, “ huwa qal. 

Share With: