Il-COVID-19 tħalli lil Jerusalem deżert mit-turisti u l-kummerċ fiż-żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa

Bħal dan iż-żmien, fil-perjodu tal-Ġimgħa Mqaddsa, il-ħajja f’Jerusalem tkun waħda dinamika, b’numru kbir ta’ turisti jagħżlu li jżuru “it-toroq imqaddsa” uis lil dan il-pajjiż biex jgħixu dak li għex Sidna Ġesù Kristu aktar minn 2,000 sena ilu.

Sfortunatement, minkejja li nofs il-popolazzjoni tal-Iżrael ħadet il-vaċċin gġal kontra l-COVID-19, il-fruntieri biex wieħed jidħol f’Jerusalem ghadhom magħluqin bil-konsegwenza li bħalma ġralhom pajjiżi oħrajn is-settur turistiku ħa daqqa ta’ ħarta.

Sidien ta’ ħwienet u qassisin li tkellmu mal-midja internazzjonali qalu li l-ħajja f’Jerusalem mingħajr in-nies iduru t-“toroq imqaddsa” hija differenti ħafna. Minbarra li dan kollu jkomplu jkabbar is-sens ta’ devozzjoni lejn Ġesù Kristu, ir-rota ekonomika ħadet daqqa ta’ ħarta kbira.

Sid partikolari qal li “bla kummerċ, ma jkollnix flus u bla flus ma jkollnix x’nieklu.”

Share With: