Il-BOV lura għal skeda operattiva kważi normali għall-klijenti

Fid-dawl ta’ tnaqqis fin-numru ta’ każi attivi, il-BOV ħabbar li se jkun qiegħed iżid il-ħin tal-kaxxiera u jiftaħ mill-ġdid uffiċini ġodda.

B’effett mill-Ħamis 29 t’April il-bank se jkollu 22 fergħa li se jkunu qed joffru servizz ta’ kaxxiera mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.30 a.m u 12.00 p.m; filwaqt li 14-il fergħa oħra se joffru servizz ta’ kaxxiera nhar ta’ Sibt ukoll. Lista tal-fergħat bis-servizzi li joffru tista’ tinstab fuq https://www.bov.com/content/bov-branches-covid.

Is-servizz ta’ fast-track se jerġa’ jiddaħħal, madankollu l-klijenti li jeħtieġu dawn is-servizzii huma mħeġġa jagħmlu appuntament sabiex jevitaw kjuwijiet bla bżonn.  Wieħed jista’  jitlob appuntament onlajn fuq https://www.bov.com/Assistants/set-an-appointment; jibgħat email lil info@bov.com jew iċempel fuq 2131 2020.

Il-bank se jibqa’ josserva l-miżuri ta’ sigurtà fost l-oħrajn b’numru limitat ta’ klijenti ġewwa. Il-bank qiegħed ifakkar ukoll dwar l-effiċjenza tal-użu tal-ATMs u metodi oħra bħalma huma l-Cards u Apps li jistgħu jintużaw għal pagamenti u ħtiġijiet bankarji oħra bħalma huwa x-xiri.

Il-BOV temm ifakkar lill-klijenti li jżuru l-Bank biex jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa bħad-distanza soċjali, ilbies tal-maskri u l-użu tas-sanitizers. Aktar informazzjoni u aġġornamenti mill-Bank of Valletta dwar il-COVID-19 jinstabu fuq https://bov.com/content/covid-19-bov-updates.

Share With: