Ibrahimovic b’interess f’ditta tal-imħatri?

Zlatan Ibrahimovic għandu jiġi investigat mill-UEFA fuq “allegat interess finanzjarju f’kumpanija tal-imħatri”.

Skond rapporti f’pajjiżu, l-Isvezja, l-attakkant ta’ Milan, li għandu 39 sena, kiser ir-regoli wara li sar sieħeb f’kumpanija tal-imħatri.

Ir-regolamenti dixxiplinari tal-UEFA jgħidu li l-players m’għandhomx ikollhom interess finanzjarju fl-imħatri.

Il-ġimgħa li għaddiet huwa ffirma kuntratt ġdid biex ikompli jibqa’ jilgħab sa wara li jkun għalaq l-40 sena.

“Spettur tal-etika u tad-dixxiplina tal- UEFA ġie maħtur biex imexxi l-investigaz­zjoni dixxiplinarja rigward ksur potenzjali tar-regolamenti dixxiplinarji tal-UEFA minn Zlatan Ibrahimovic talli kellu allegat interess finanzjarju f’kumpanija tal-imħatri,” intqal fi stqarrija tal-UEFA.

L-ex attakkant ta’ Manchester United skorja 17-il goal f’25 dehra għal Milan fil-kompetizzjonijiet kollha f’dan l-istaġun.

Ibrahimovic ħareġ mill-irtirar internaz­zjonali wara assenza ta’ ħames snin biex jilgħab mal-Isvezja aktar kmieni din is- sena.

Intant, Ibrahimovic ġie mmultat €4,000 (£3,500) għas-sehem tiegħu fi ġlieda kerha mal-attakkant ta’ Inter, Romelu Lukaku, waqt partita tal-Coppa Italia f’Jannar.

Il-koppja kienet involuta f’numru ta’ skambji u Ibrahimovic, li ċaħad li uża lingwaġġ razzista, eventwalment ġie mkeċċi.

Bħal Ibrahimovic, Lukaku ġie akkużat b’”imġieba mhux sportiva bi frażijiet provokattivi” mill-Federazzjoni Taljana tal- Football. Il-Belġjan ġie mmultat €3,000 (£2,600).

Share With: