Hunter Biden jgħid li missieru spiċċa jiġri warajh biex iwaqfu milli jkompli jabbuża mid-droga waqt il-kampanja Presidenzjali

Hunter Biden, it-tifel tal-President tal-Istati Uniti, Joe Biden, ammetta, li fl-2020, missieru, waqt il-kampanja Presidenzjali, ġera warajh fil-parapett tad-dar biex iżommu milli jkompli jabbuża mid-droga.

F’intervista esklussiva li Hunter ta, huwa tkellem dwar kif kien jigdeb lil missieru biex ikun jista’ jieħu d-droga. Illum il-ġurnata, Hunter huwa kompletament ħieles minn dan l-abbuż wara ħidma konġunta tiegħu u ta’ familtu.

Hunter tkellem ukoll dwar il-laptop tiegħu li nstab f’ħanut u li fih kien hemm informazzjoni dwar xi xogħlijiet li hu għamel mal-Ukreni u anke ritratti tiegħi jieħu d-droga. Huwa qal li dan il-laptop kien safa fil-mira ta’ attakk ċibernetiku mir-Russi. L-avversarju ta’ missieru għat-tellieqa tal-White House, Donald Trump, kien semma’ aktar minn darba din il-kwistjoni tal-laptop. Fuq din il-kwistjoni, Hunter ipprotesta li dan il-laptop jista’ lanqas biss ikun tiegħu.

Share With: