HSBC u l-Kamra tal-Kummerċ jorganizzaw webinar dwar il-prospetti wara li tgħaddi l-COVID-19

Il-Bank HSBC Malta p.l.c. u l-Kamra Maltija tal-Kummerċ ikkollaboraw fuq ‘The Post COVID Outlook’, webinar konġunt li fih kien hemm ekonomisti u strateġisti ta’ HSBC jiddiskutu kif qed jistennew li l-ekonomija globali u s-swieq se jaħdmu fl-2021. B’mod partikolari, il-webinar iffoka fuq kif is-servizzi tal-konsumatur se jirkupraw hekk kif l-ekonomiji jerġgħu jinfetħu. Id-diskussjoni analizzat ukoll kif l-irkupru ekonomiku jista’ jaffettwa lil dawk li jfasslu l-politika globalment, u l-andament tal-muniti ewlenin bħad-Dollaru Amerikan, l-Ewro u l-Lira Sterlina Brittanika.

Matul l-avveniment il-parteċipanti semgħu li HSBC qed ibassar inflazzjoni ogħla u spejjeż ogħla għan-negozji fl-ewwel nofs tal-2021. Madankollu, l-inflazzjoni m’għandhiex tiżdied ‘il fuq minn 2 fil-mija madwar l-Ewropa qabel ma terġa’ tinżel fit-tieni nofs ta’ din is-sena. HSBC qed jistenna wkoll li l-gvernijiet ikomplu jappoġġjaw l-ekonomiji tagħhom b’investimenti u taħriġ fil-ħiliet. 

James Pomeroy, Ekonomista Globali ma’ HSBC, qal: “F’dinja kkaratterizzata bl-imxija ta’ Covid kulħadd qed jiffaċċja l-istess sfidi. Wara tnaqqis kbir f’Jannar hekk kif in-numri tal-każijiet kibru, rajna żieda ekonomiku relattiv fi Frar. Madankollu, fl-Ewropa, in-numri kienu kemmxejn dgħajfa. Ir-ritmu tat-tnedija tal-vaċċini f’ekonomiji differenti matul il-kors tal-2021 se jkun verament importanti. B’mod ġenerali, l-affarijiet qegħdin jidhru aħjar minn qabel, u t-tnedija tal-vaċċini qed tiġġenera ottimiżmu, madankollu, se jkun ta’ importanza kruċjali kif il-gvernijiet jiddeċiedu li jiftħu.”

Is-Sur Pomeroy wissa wkoll li tħassib partikolari għall-2021 huwa li wħud mill-impjiegi mitlufa minħabba l-pandemija jistgħu ma jerġgħux jiġu. Mistoqsija oħra hi dwar x’se jiġri meta jitneħħew ir-restrizzjonijiet u jekk dan iwassalx għal żieda fl-infiq tal-konsumatur jew le. L-ivvjaġġar internazzjonali, partikolarment l-ivvjaġġar fuq distanzi twal, jista’ jirkupra bi pass aktar bil-mod, irrimarka wkoll is-Sur Pomeroy. Anki jekk il-fruntieri jerġgħu jinfetħu, huwa iktar probabbli li n-nies jivvjaġġaw biss lokalment minħabba l-biża ‘li jkunu mitluqin b’mod ħażin jekk il-fruntieri ta’ fejn ikunu jerġgħu jingħalqu.

Daragh Maher, Kap tal-Istrateġija tal-Kambju Barrani (FX), ta’ HSBC fl-Istati Uniti, qal: “Id-dgħjufija tad-dollaru Amerikan hi konsistenti ma’ rkupru ekonomiku globali, filwaqt li d-dollari Awstraljani u ta’ New Zealand għandhom it-tendenza li jkunu sejrin aħjar minn USD. Barra minn hekk, rajna ċaqlieqa mdaqqsa fir-rendiment ta’ għaxar snin tal-Istati Uniti.”

Is-Sur Maher żied ukoll li s-swieq jidhru li qed jisfidaw in-narrattiva tal-Federal Reserve li r-rati tal-imgħax ma jiżdiedux, li huwa l-oppost tax-xejriet esperjenzati fl-aħħar għaxar snin. “Aħna nistennew dgħjufija f’dollaru Amerikan, filwaqt li l-FED se tibqa’ rasa iebsa. Is-suq jista’ jkollu jerġa’ jirrevedi l-prezz meta jkollna bidla fir-rati tal-imgħax tal-Istati Uniti,” żied jgħid.

Għad hemm xi żvantaġġi marġinali għad-dollaru, is-Sur Maher innota: “Qegħdin naslu f’punt fejn id-dollaru Amerikan mistenni jdgħajjef fis-6 xhur li ġejjin, segwit minn irkupru matul l-2022,” żied jgħid.

Jesmond Apap, Kap tas-Swieq Globali, mal-Bank HSBC Malta p.l.c, qal, “HSBC ilu jikkoopera b’mod attiv mal-Kamra ta’ Malta biex jorganizza bosta avvenimenti onlajn biex jappoġġjaw lill-komunità tan-negozju f’dinja li qed tinbidel u ta’ sfida. Bil-COVID-19 għadu imminenti u l-varar globali tal-vaċċin għaddej, nemmnu li jibqa’ importanti li nkomplu niddiskutu l-aktar xejriet ekonomiċi vitali u li nipprovdu l-aqwa għarfien ta’ HSBC għall-komunità kummerċjali Maltija.”

Share With: