Ħadd ma jmut bil-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa

Minn 1,803 swab test li ttieħdu matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm 55 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 45 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi tela’ għal 588.

Fl-istess waqt il-Ministeru tas-Saħħa qal ma kienet irreġistrata l-ebda mewt kaġunata mill-Covid-19.

Sal-bieraħ ġew amministrati 259,272 doża tal-vaċċin, b’78,139 persuna jieħdu wkoll it-tieni doża.

Share With: