“Għalija kollha n-nanniet tiegħi… li ma jarawx lil qrabathom tagħathom ġewwa wisq”

Sa mill-ewwel xhur minn meta feġġew l-ewwel każi tal-pandemija f’pajjiżna dan is-sit beda jesponi numru ta’ ħaddiema li minkejja kollox baqgħu jagħtu servizz fil-komunità. Dan is-sit tkellem ma waħda mill-ħaddiema ta’ CareMalta f’Casa Arkati fil-Mosta li qasmet magħna l-esperjenza tagħha matul dawn l-aħħar għaxar xhur.

Patrizia Virgillito qalitilna li mhix faċli tara residenti jbatu minħabba li ma setgħux jaraw lil qrabathom. Qalitilna wkoll li min-naħa tagħhom huma jagħmlu minn kollox biex iferrħuhom.

Virgillito hija Taljana u r-residenti jħobbu ħafna jistaqsuha dwar pajjiżha u erħilhom ifajru xi żewġ kelmiet bit-Taljan, b’mod speċjali minn xi kanzunetti li jfakkruhom f’memorji mill-isbaħ.

Hija tenniet tgħidilna li minkejja li tħoss ħafna n-nuqqas ta’ niesha, fir-residenti ssib wens kbir u tista’ tgħid li għalija “kollha n-nanniet tiegħi”.

Share With: