“Għalfejn jeħlu l-annimali?” … Snanar f’ikel tal-annimali joħolqu rabja

Wara rapporti ta’ vvelenear f’ikel li jittiekel mill-annimali fi sqaq f’Ta’ Kerċem f’Għawdex, issa kompla jiżdied il-periklu.

Wara dawn l-istess rapporti ta’ valenu tal-bebbux, anke wara kummenti ta’ rabja minn persuni li sostnew li għalkemm il-ħażin ma jitpattiex b’ħażin ieħor tajjeb li jingħad ukoll li f’dan is-sqaq kienu qed jgħaddu ħafna persuni rresponsabbli li jħallu l-ħmieġ tal-annimali tagħhom.

Issa jidher li l-affarijiet komplew jiggravaw u dan hekk kif fl-istess saqa issa tħallew snanar fiz-zalzett. Dan ifisser li l-annimali se jkunu qegħdin ipattu għall-imġiba tas-sidien tagħhom.

L-appell wara dan kollu huwa wieħed għall-ġid ta’ kulħadd u dan huwa li min jinnota xi moviment mhux tas-soltu għandu jirrapporta minnufih lill-awtoritajiet konċernati.

Share With: