Ftit sigħat ċans biex jinstab is-sottomarin mitluf qabel tispiċċa l-provvista tal-ossiġnu

L-Istati Uniti tal-Amerika se tkun qiegħda tibgħat assistenza militari lejn l-Indoneżja biex tgħin fit-tfittxijiet għas-sottomarin li ntilef. Abbord dan is-sottomarin hemm 53 membru tal-ekwipaġġ. L-awtoritajiet Indoneżjani qegħdin jikkalkulaw li baqagħlhom biss ftit tas-sigħat ċans biex isibu dan is-sottomarin qabel il-provvista tal-ossiġnu abbord tispiċċa.

Il-kuntatt minn mas-sottomarin KRI Nanggala 402 intilef nhar l-Erbgħa li għaddiet meta dan kien involut f’taħriġ ftit ’il barra mill-kosta ta’ Bali u immedjatament bdiet tfittxija intensiva.

Hekk kien bdew it-tfittxijiet fiż-żona fejn dan is-sottomarin niżel taħt l-ilma ġiet innotata roqgħa żejt dan ta indikazzjoni li jista’ jkun li dan għandu ħsara fis-sistema tal-fjuwil.

John Kirby, li huwa kelliemi għall-Pentagon, qal li l-Istati Uniti hija dispjaċuta ħafna bil-mod kif żvolġew l-affarijiet u qalet li l-baħħara Indoneżjani u l-qraba tagħhom jinsabu fi ħsiebhom. Kirby tenna li fuq invit tal-gvern Indoneżjan, l-Istati Uniti se tkun qiegħda tibgħat assistenza bl-ajru biex tgħin fit-tfittxijie

Share With: