Ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-ħabs

Aktar kmieni waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri kkonferma dwar qbil mal-Aġenzija tas-Servizzi Korettivi u fil-jiem li ġejjin se jkun qed jiġi ffirmat ftehim kollettiv biex il-ħaddiema tal-ħabs ikollhom drittijiet ġodda u kundizzjonijiet aħjar. 

Camilleri spjega li dan il-Ftehim kollettiv se jżid l-investiment fil-ħaddiema għal €3 miljun li se jingħataw lill-uffiċjali tas-servizzi korrettivi. 

Il-Ministru qal li dawn il-ħaddiema, li ilhom ma jaraw ftehim kollettiv għal kważi 30 sena, qegħdin mhux biss jingħataw kundizzjonijiet aħjar, iżda wara li n-natura tax-xogħol tagħhom inbidlet b’mod drastiku fl-aħħar snin, illum qed jingħarfu t-tibdiliet li kien hemm u għaldaqstant qed jingħataw drittijiet ġodda. 

“Se jkunu stmati daqs ħaddieħor”, kompla jgħid Camilleri filwaqt li nnota li matul din is-sena l-Gvern qiegħed jinvesti €15-il miljun fi kważi 5,000 ħaddiem tal-Korpi Dixxiplinati. 

Share With: