Franza testendi l-lockdown għall-pajjiż kollu bil-għan li tkun evitata t-tielet mewġa tal-COVID-19

Il-President Emmanuel Macron, ħabbar li l-lockdown li bħalissa hemm f’diversi ċoni ta’ Franza se jkun qed jestendi madwar il-pajjiż kollu. Dan se jkun qiegħed isir f’tentattiv biex tkun evitata t-tielet mewġa tal-COVID-19.

F’diskors lin-nazzjon, Macron qal li l-iskejjel se jkunu qed jagħlqu għat-tliet ġimgħat li ġejjin. Huwa qal li l-ivvjaġġar se jkun limitat ħafna, ħwienet li mhumiex meqjusa bħala essenjzali se jkunu magħluqa kompletament u restoranti u barijiet iridu jagħlqu mas-sebagħa ta’ filgħaxija.

Il-varjant tar-Renju Unit tefa’ pressjoni iebsa fuq Franza u pajjiżi Ewropej oħrajn, fosthom Malta.

Share With: