“Fl-aħħar wasalna” – Steve Chetcuti itemm l-avventura f’qadfa ta’ 6,000 kilometru

Fl-aħħar sigħat, waslet fi tmiemha l-avventura ta’ Steve Chetcuti u t-tim li hemm miegħu, avventura li kienet tfisser li huma jagħmlu qadfa ta’ 6,000 kilometru li qasmet l-oċean Atlantiku. Din il-qadfa bdiet mill-Portugal u proprju fl-aħħar sigħat huma waslu fil-Guiana. 

Il-vjaġġ dam xejn inqas minn 51 ġurnata fejn matulu ma’ naqsux id-diffikultajiet. L-gġejja kemm fiżika u anke mentali ikkaratterizzaw din l-avventura. Din l-avventura saret biex jinġabru fondi għal għan karitattiv. Steve Chetcuti għalkemm ilu nieqes minn pajjiżna, snin ilu kien ħadem fil-qasam ġurnalistiku.

Share With: