Familja ta’ suldat li għereq f’Wied il-Qlejgħa b’kumpens ta’ €178,500

Il-familja tal-gunner Matthew Psaila ngħataw kumpens ta’ €178,500 wara inċident li fih Psaila kien tilef ħajtu f’eżerċizzju tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Wied il-Qlejgħa. Il-każ imur lura għal Frar tal-2009. Psaila li ma kienx jaf jgħum kien għereq f’ilma kiesaħ.

Anthony u Mary Anne Psaila fetħu kawża fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-Kap Kmandant tal-Forzi Armati kif ukoll il-Logutenent Christian Vella, il-Kurunell Ian Ruggier, Gunner Johann Cachia, il-Logutenent Kurunell Mario Borg u l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien.

Fis-sentenza tagħha, l-Imħallef Joanne Vella Cuschieri qalet li għalkemm Psaila naqas milli jgħid li ma jafx jgħum, min għamel hekk xorta waħda kien ordnat jagħmel l-eżerċiżzju mingħajr ma ngħata apparat ta’ saħħa u sigurtà tant li suldat ieħor ukoll kellu l-problemi f’ssaħħtu.

Il-Qorti tenniet li r-responsabbiltà tal-inċident għandha tkun ta’ 20% fuq Psaila u 80% fuq il-Forzi Armati ta’ Malta. Kien għalhekk li ordnat lill-Kap Kmandant tal-FAM jagħti kumpens ta’ €178,500 lill-familja Psala.

Share With: