Erba’ persuni jmutu u oħrajn midrubin f’attakk suwiċida fil-Pakistan

Mill-anqas erba’ persuni nqatlu u mat-12-il persuna ndarbu fi splużjoni li seħħet f’lukanda lussuża fil-belt ta’ Quetta fil-Pakistan. L-ambaxxatur Ċiniż għall-Pakistan jidher li kien fil-mira ta’ dan l-attakk li żvolġa fil-parkeġġ ta’ Serena Hotel.

It-Talibani Pakistani ddikjaraw li huma responsabbli minn dak l-attakk mingħajr ma taw iżjed informazzjoni. L-isplużjoni jidher li bdiet minn vettura pparkjata li nħakmet minn nirien li komplew jinfirxu fuq vetturi oħra biswit tagħha. Din il-lukanda hija l-aktar magħrufa fi Quetta u tipprovdi akkomodazzjoni għal uffiċjali governattivi u dinjitarji li jżuru l-post.

Kelliem għat-Talibani kkonferma ma’ Reuters li fl-attakk suwiċida, l-aggressur uża vettura mimlija splussivi li kkawżat ħsara konsiderevoli.

Share With: