“Din il-ġerħa jien naf xi tfisser u x’tikkawża wkoll” – Id-Deputat Laburista Oliver Scicluna

Meta kien qiegħed jitkellem dwar ir-riforma tal-kirjiet ta’ qabel l-1995, id-Deputat Laburista Oliver Scicluna qal li din ir-riforma se tkun qiegħda taffettwa kważi 9,700 persuna bejn Malta u Għawdex. 

Scicluna qal li din is-sitwazzjoni nħolqot wara li fl-2019 sidien li kellhom proprjetajiet f’Tas-Sliema li fiha kien jgħix raġel wara li mietet n-nanna tiegħu sa mill-1986 kien iħallas kirja ta’ madwar €203 fis-sena. Il-Qorti Kostituzzjonali ordnat lill-propjetarji li jirċievu spejjeż minħabba ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom. Il-Qorti odrnat li l-propjetarji jirċievu €20,000 inkluż l-ispejjeż tal-kawża mingħand il-gvern. Din id-deċiżjoni nbidlet fl-2020 minħabba li l-Qorti Ewropea għad-drittijiet umani talbet lill-gvern iħallas €150,000.

Din is-sitwazzjoni ħolqot sitwazzjoni ta’ żbilanċ bejn is-sidien u l-inkwilini. “Jien personalment membri immedjati tal-familja tiegħi għaddew minn din is-sitwazzjoni ġifieri din il-ġerħa jien naf xi tfisser u x’tista’ tikkawża wkoll. Nifhem lil dik l-anzjana li tirċievi ittra bil-qorti li tgħid li s-sidien tal-post li tgħix fih iriduh lura”, tenna Scicluna.

Id-Deputat Laburista qal li ma jistax jifhem kif il-PN stqarr li hija riforma żgħira u tard wisq għax f’kemm dam imexxi l-pajjiż ftit li xejn sar biex tissolva din il-problema.

Share With: