COVID-19: Ir-rata ta’ każi ġodda tinżamm baxxa

Il-każi attivi niżlu għal 374 wara li minn 1,690 swab test li saru lbieraħ kien hemm 15-il persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19, b’41 persuna jirkupraw.

Fl-istess waqt il-Ministeru għas-Saħħa qal li ma kien hemm l-ebda persuni li mietu waqt li kienu pożittivi għall-virus.

Intant id-dożi amministrati sal-bieraħ kienu jammontaw 323,324 b’103,882 persuna jirċievu wkoll it-tieni doża.

Share With: