COVID-19: Il-każi attivi jinżlu taħt il-500 … l-ebda mewt fl-aħħar sigħat

Minn 1,628 swab tests li saru lbieraħ kien hemm 20 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 57 persuna li rkupraw mill-virus biex in-numru ta’ każi attivi issa niżlu għal 476.

Intant il-Ministeru għas-Saħħa qal li sal-bieraħ ġew amministrati 307,363 doża tal-vaċċin b’98,677 persuna jirċievu wkoll it-tieni doża.

Fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda mewt relatat mal-Covid-19.

Share With: