COVID-19: 33 każ ġdid… Ifiqu 36 persuna

In-numru tal-każi attivi niżlu għal 519-il każ wara li minn 2,129 swab test kien hemm 33 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 36 persuna li rkupraw mill-virus.

Intant l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li ħadd ma miet kaġun tal-virus matul dawn l-aħħar 24 siegħa.

Il-Ministeru tas-Saħħa qal ukoll li n-numru ta’ dożi li ġew amministrati sal-bieraħ kienu jammontaw għal 295,587, b’93,727 persuna jirċievu wkoll it-tieni doża.

Share With: