Cisk 0.0, il-lager il-ġdida bla alkoħol

Il-Birrerija Farsons li tipproduċi ċ-Cisk Lager – rebbieħa ta’ għadd ta’ premjijiet internazzjonali – qed tniedi b’sodisfazzjon birra oħra fil-portafoll estensiv tagħha. Iċ-Cisk 0.0 hija lager mingħajr alkoħol għal dawk li jridu jrażżnu l-konsum tal-alkoħol imma xorta waħda jixtiequ jgawdu t-togħma tal-birra.

Is-Sa Susan Weenink Camilleri, Head of Sales and Marketing ta’ Simonds Farsons Cisk plc, qalet li “Il-konsumaturi saru aktar konxji minn saħħithom, mill-istil tal-ħajja, u mir-riskji abbinati mal-konsum ta’ alkoħol żejjed, u għalhekk qed jibdlu l-attitudni tagħhom fuq l-alkoħol. Il-qasam tas-suq tal-birra bla alkoħol qed jikber b’rata mgħaġġla għax il-konsumaturi qed ifittxu aktar għażliet favur saħħithom u fl-istess ħin ħerqana għal-birra. Iċ-Cisk 0.0 hija lager bla alkoħol, b’togħma distinta u bilanċjata, u b’laqta morra assoċjata mal-birra ewlenija tagħna Cisk Lager.”

Il-lager bla alkoħol Cisk 0.0 fiha l-istess ingredjenti tradizzjonali u naturali taċ-Cisk. Il-birra titħalla tiffermenta u timmatura u mbagħad jitneħħielha l-alkoħol kollu fi proċess apposta li, fl-istess ħin, iżommilha t-togħmiet tal-frott u tax-xgħir li hi sinonima magħhom il-marka Cisk.

Iċ-Cisk 0.0 tinsab lokalment fi fliexken tal-ħġieġ riċiklabbli ta’ 25ċl u f’bottijiet ta’ 33ċl.

L-għażla tal-birer rebbieħa ta’ Cisk jinkludu l-birer Cisk Lager, Cisk Export Premium Lager, Cisk Excel Low Carbohydrate Lager, Cisk Strong Premium Lager, il-firxa tal-birer lager Cisk Chill bit-tliet togħmiet Lemon, Berry u Ginger & Lime, u l-birra Cisk Pilsner. Il-birer Cisk jiġu prodotti bl-ogħla standards fil-Birrerija Farsons u fit-tisjira tagħhom tintuża biss materja prima xierqa.

Għal tagħrif ieħor, idħol fis-sit www.cisk.com jew segwi l-paġna Cisk fuq Facebook: www.facebook.com/cisk u fuq Instagram: www.instagram.com/cisk.

Share With: