Chelsea u Arsenal interessati li jiffirmaw lill-midfielder ta’ AC Milan, Hakan Calhanoglu

Ir-rivali tal-Premier League fl-Ingilterra, Chelsea u Arsenal huma interessati li jiffirmaw lill-midfielder ta’ AC Milan, Hakan Calhanoglu.

Il-player ta’ 27 sena se jintemmlu l-kuntratt f’San Siro fis-sajf u qed jidher dejjem aktar improbabbli li jaqbel ma’ termini ġodda.

AC Milan offrew kuntratt ta’ €4m fis-sena lil Calhanoglu, iżda huwa jixtieq ftehim ta’ €5m.

Dak witta t-triq għal clubs oħra biex jimxu ‘l quddiem b’offerti, b’Chelsea u Arsenal huma fost dawk li fetħu taħdidiet mal-aġent tal-player.

Intqal li huma jistgħu joffru lill-player Tork pagi sostanzjali, iżda mhumiex kapaċi jikkompetu mas-somom li r-rivali ta’ Milan huma lesti li jħallsu, u jagħmluhom il-favoriti li jakkwistaw il-firma tiegħu.

Calhanoglu provda tmien assists u skorja żewġ goals f’24 dehra fis-Serie A f’dan l-istaġun.

Share With: