Chelsea jħejju rwieħhom għal offerti minn AC Milan għad-difensur ċentrali Fikayo Tomori

Chelsea qed iħejju rwieħhom għal offerti minn AC Milan għad-difensur ċentrali Fikayo Tomori fit-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.

Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena naqas milli jidħol fit-team immexxi minn Frank Lampard matul l-istadji bikrija tal-istaġun 2020-21, iżda ma kellu l-ebda problema bħal din biex isir player konsistenti fis-Serie A ma’ AC Milan u jkollu wirjiet ta’ livell għoli.

Tomori beda tmien partiti fis-Serie A u erba’ logħbiet fl-Europa League għar-Rossoneri, li ma għamlu l-ebda sigriet tax-xewqa tagħhom li jżommuh magħhom b’mod permanenti wara l-perjodu ta’ self li rnexxa.

Tomori jista’ jinbiegħ għal ċifra ta’ £25 miljun, iżda r-Rossoneri huma ħerqana li jiksbu ftehim għal ċifra aktar baxxa, għalkemm kollox jiddependi fuq jekk AC Milan jirnexxielhomx jikkwalifikaw għaċ-Champions League.

Tomori għamel 14-il dehra b’kollox għat-team ta’ Stefano Pioli f’dan l-istaġun, u l-kuntratt tiegħu ma’ Chelsea għandu jiskadi fi tmiem l-istaġun 2023-24.

Share With: