BNF Bank iniedi app ġdida għall-ibbankjar bil-mowbajl

Il-BNF Bank ħabbar it-tnedija ta’ App ġdida għall-Ibbankjar bil-Mowbajl iddiżinjata biex issaħħaħ il-libertà finanzjarja. Immirata biex tuża t-teknoloġija u l-kompetenza tal-bank biex twassal esperjenza diġitali komprensiva, l-app il-ġdida tipprovdi konvenjenza u esperjenza tal-utent simplifikata.

B’awtentikazzjoni bbażata fuq bijometrija kompletament sikura, l-app toffri serħan il-moħħ lill-utenti tal-BNF fir-rigward tal-attività bankarja ta’ kuljum tagħhom u tippermettilhom iwettqu bbankjar diġitali, komdu u fuq kollox sikur minn kwalunkwe post u apparat mobbli. L-interfaċċa tal-utent sempliċi u intuwittiva hija ddiżinjata biex toffri numru kbir ta’ funzjonijiet. Minn informazzjoni dwar il-bilanċ u ħlasijiet ta’ kontijiet għal tranżazzjonijiet ta’ malajr u skedar faċli ta’ trasferimenti ta’ fondi, il-klijenti jistgħu japplikaw ukoll għal prodotti u servizzi, jimmaniġġjaw il-profil personali tagħhom u ħafna iktar.

L-app, li hija disponibbli b’xejn u tista’ titniżżel faċilment kemm fuq apparat Android kif ukoll fuq iOS minn Google Play u App Store, issegwi u tikkumplimenta interfaċċa mtejba b’suċċess ta’ pjattaforma ta’ Internet Banking aġġornata u li tirrispondi għall-user interface.

George Debono, il-Kap Uffiċjal tal-Kummerċ tal-BNF Bank, qal li “it-tnedija tal-app mobbli l-ġdida tagħna żviluppata biex tagħti kompetenza lill-klijenti permezz ta’ soluzzjonijiet diġitali, timmarka t-tlestija tal-ewwel fażi tal-proġett strateġiku tal-BNF li jiffoka fuq ‘touchpoints’ elettroniċi ġodda u mtejba għall-klijenti personali u kummerċjali tagħna. Matul is-sena li għaddiet aġġornajna l-pjattaforma tagħna tal-Internet Banking, tejjibna l-proposta tagħna tal-Karti tal-Kreditu u tad-Debitu li issa huma kollha disponibbli bħala karti ‘contactless’ u għandhom sigurtà 3DSv2, tejjibna l-interfaċċa tal-ATM, it-24Hr Live Chat Bot (BECS) u skjerajna l-ewwel magni tad-depożitu. Aħna se nkomplu niżviluppaw il-proposta diġitali tagħna aktar matul ix-xhur li ġejjin bil-għan li naqbżu l-aspettattivi tal-klijenti tagħna filwaqt li niżguraw li l-interazzjoni tibqa’ tal-ogħla livell għall-individwi u n-negozji kull meta jagħżlu l-kuntatt uman mal-persunal tal-linja ta’ quddiem tagħna.”

Aktar informazzjoni dwar l-APP Mobbli BNF il-ġdida hija disponibbli fuq www.bnf.bank/bnf_mobilebankingapp.  Tista’ tkellimna fuq “chat” permezz tal-aġent diġitali tagħna BECS, permezz tas-sit web jew Facebook Messenger jew tibgħat messaġġ sikur permezz tal-Internet Banking. Inkella, tista’ tikkuntattja lit-Tim tal-Customer Care tagħna fuq in-numru (+356) 2260 1000.

Share With: