Bejn Jannar u Frar ġew Malta 23,000 turist

Kważi 23,000 turisti żaru Malta matul fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena. Bejniethom, dawn qattgħu 304,150 lejl u ħallew mal-20 miljun ewro fl-ekonomija nazzjonali.

Madankollu, pandemija tal-Covid 19 għadha l-ikbar ostaklu li qed jaffaċċja s-settur tat-turiżmu fejn matul Frar li għadda l-għadd ta’ wasliet ta’ turisti kien ferm inqas minn dak tax-xahar ta’ qablu meta żaru Malta madwar 17,400 turist.

L-ikbar għadd ta’ turisti lejn pajjiżna kien fost dawk bejn il-25 u l-44 sena li fisser 49% tal-wasliet kollha.

Passiġġieri li waslu Malta mis-26 ta’ Frar il-quddiem minn pajjiżi bħal l-Italja, iċ-Ċina, Hong Kong, Singapore, Japan, l-Iran u l-Korea t’Isfel kienu obligati li jagħmlu 14-il ġurnata f’korantina mal-wasla tagħhom f’Malta.

Share With: