Bedingfield isostni li hija “esperjenza qarsa” li Kummissarju tal-Istandards huwa eks politiku

Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Glenn Bedingfield sostna fil-Parlament li hija esperjenza qarsa li għandna Kummissaru tal-Istandards li huwa eks politiku. 

Huwa qal dan wara li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra l-ittra li l-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler kiteb lill-Ispeaker fejn ċaħad dak li qal dwaru Bedingfield.

Min-naħa tiegħu, l-istess Bedingfield għamel referenza għal tweġiba parlamentari fejn kien Dr Hyzler stess li qal li x-xufier tiegħu qiegħed ekwivalenti għal skala 9.

Share With: