ARA: “Ma nistax infaħħar biżżejjed lill-għalliema u lill-LSEs”

Charmaine, li hija omm ta’ żewġt itfal, ma kelliex kliem biżżejjed biex tfaħħar lill-għalliema u lill-LSEs li matul dan iż-żmien li l-iskejjel magħluqin qegħdin jagħmlu dak kollu possibbli biex jgħinu lill-istudenti tagħhom.

Hija appellat lill-ġenituri l-oħra biex ma jaqtgħux qalbhom mis-sitwazzjoni tal-online learning. Hija spjegat li l-ewwel ftit jiem tal-online learning offrew sfidi kbar, iżda żiedet tgħid li l-għalliema kienu ta’ għajnuna kbira. 

F’dan iż-żmien, Charmaine qegħda tibbenefika wkoll mill-wage supplement li qed jgħin lilha u l-familja tagħha jibqgħu jgħixu ħajja ta’ kwalità.

Share With: