ARA: Il-Pulizija jieħdu sagħtejn biex iwaqqfuh wara li seraq ambulanza

Każ li żvolġa riċentament f’Dallas fl-Istati Uniti qajjem furur fuq il-midja soċjali u siti barranin li kkundannaw l-aġir taż-żagħżugħ Felix Lopez. Dan wara li dan tal-aħħar seraq ambulanza u ta kedda ġmielha lill-Pulizija biex jarrestawh.

F’filmati li nxterdu fuq il-midja juru ż-żagħżugħ isuq b’veloċità eċċessiva hu u jiġi segwit minn vetturi tal-Pulizija. Fil-ħarba li ħadet madwar sagħtejn, Lopez spiċċa dahru mal-ħajt wara li l-vettura sofriet ħsarat u deher jaħrab bil-ġiri, iżda malajr safa ċċirkondat mill-Pulizija u arrestat.

Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan il-każ u Lopez qed jiġi mixli b’serq ta’ vettura u li pprova jirreżisti l-arrest.

Share With: