ARA: Identifikat il-vittma tal-inċident f’Marsaskala

Albaniż ta’ 38 sena residenti San Pawl il-Baħar tilef ħajtu wara li aktar kmieni dalgħodu kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Qrempuċ f’Marsaskala.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel, kien qiegħed jagħmel xi xogħol meta waqa’ minn għoli ta’ madwar seba’ sulari f’xaft waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.

Fil-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei flimkien ma’ ħaddiema tas-salvataġġ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li ħarġu lir-raġel mix-xaft. Sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet fil-post mit-tobba tal-emerġenza.

B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.

Share With: