ARA: “Grazzi talli qed taċċettaw it-tilqima u tosservaw il-miżuri… L-Għid it-tajjeb”

“Dawn l-aħħar xhur il-pubbliku inġenerali apprezza l-ħidma tagħna, illum f’isem il-ħaddiema tas-saħħa se nirringrazzja lill-pubbliku inġenerali tal-mod kif ikkopera magħna”, hekk beda biex jgħid il-Ministru tas-Saħħa f’filmat fl-okkażżjoni tal-Għid il-Kbir.

Fearne kompla biex jgħid li flimkien billi nħarsu l-miżuri u naċċettaw it-tilqima, bil-mod qegħdin naslu biex “fix-xefaq nibdew naraw il-bnazzi ġej”.

Il-filmat ikompli bl-awgurju tal-Għid minn persuni li ġejjin minn diversi dipartimenti relatati mal-qasam tas-saħħa u l-appell jibqa’ dak ta’ kuraġġ u tama, filwaqt li nibqgħu nħasru s-saħħa ta’ xulxin billi nosservaw il-miżuri.

Share With: