Anzjan jindarab serjament f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi

Illum, għal xi l-4:15 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq San Bastjan, Ħal Qormi.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 79 sena u residenti Ħal Qormi, kien intlaqat minn Kia Avella li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 31 sena residenti Ħal Qormi.

Ir-raġel ta’ 79 sena ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: