Aktar minn miljun persuna fl-Ewropa jmutu bil-Covid-19

Nhar it-Tnejn li għadda l-Ewropa qabżet il-miljun vittma tal-Covid-19. Dan filwaqt li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa wissiet li l-infezzjonijiet qed ikomplu jiżdiedu b’mod esponenzjali minkejja l-isforzi li qed isiru biex tiġi kkontrollata l-imxija.

“Ninsabu f’punt kritiku tal-pandemija bħalissa,” saħqet Maria Van Kerkhove mill-WHO.

“It-trajettorja tal-pandemija qed tikber b’mod esponenzjali. Din mhijiex is-sitwazzjoni li rridu li nkunu fiha 16-il xahar mill-bidu tal-pandemija, meta hemm miżuri ta’ kontroll li l-effiċjenza tagħhom hija ppruvata,” hija żiedet tgħid lill-ġurnalisti.

Il-Covid-19 diġà ħalla aktar minn 2.9 miljun vittma madwar id-dinja, filwaqt li infettat lil kważi 136 miljun persuna.

Share With: