Aktar minn 100,000 telefonata fuq il-145 f’ħames ġimgħat

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal fil-Parlament li mill-15 ta’ Marzu ta’ din is-sena sal-21 ta’ April saru 107,042 telefonata fuq n-numru 145.

Huwa qal ukoll li jsir taħriġ b’mod regolari lill-aġenti mill-Infection Control Unit ta’ Mater Dei.

Dan it-taħriġ jikkonsisti minn informazzjoni dwar it-tipi differenti tal-vaċċin kif ukoll il-proċessi tal-applikazzjoni.

Share With: