AĠĠORNAT: “Is-saħħa tal-pazjent tingħata prijorità” … Il-Malti fl-Indja se jasal pajjiżna fil-jiem li ġejjin

Minkejja li sa kmieni dalgħodu kollox kien qiegħed jindika li l-Malti infettat serjament bil-Covid-19 fl-Indja kellu jħalli l-pajjiż biex ikun jista’ jingħata l-kura f’pajjiżna jidher li l-vjaġġ ma nbedhiex.

Il-Kummissarju għoli Malti għall-Indja kkonferma ma’ dan is-sit li skont l-aħħar informazzjoni l-vjaġġ se jkun qiegħed isir fil-jiem li ġejjin.

Is-saħħa tal-pazjent hija l-aktar ħaġa li qiegħda tiddetermina meta se jkun qiegħed isir ir-rilaxx tal-pazjent u l-gvern Malti għaddej b’ħidma biex jassigura li jagħmel dak kollu possibbli biex dan ir-raġel jingħata l-għajnuna meħtieġa.

Aktar Qabel: Il-Malti fl-Indja li jinsab marid serjament wara li ġie infettat bil-virus tal-Covid-19 jinsab fi triqtu lejn pajjiżna. Sorsi qrib dan is-sit ikkonfermaw magħna li r-raġel mistenni jasal f’pajjiżna aktar tard illejla għall-ħabta tal-11:00 p.m.

Mal-aħbar ta’ din il-koppja li marret fl-Indja biex taddotta u spiċċat f’din is-sitwazzjoni tant delikata, il-gvern ħabbar li se jkun qiegħed jassistihom billi permezz ta’ Identity Malta se jkun qiegħed jiffinanzja t-titjira li se twassal biex dan ir-raġel ikun jista’ jingħata l-aħjar assistenza medika f’pajjiżna.

Share With: