AĠĠORNAT: Il-Pulizija tidentifika l-allegat ħalliel tas-serqa f’Wied il-Għajn

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija b’rabta mas-serqa li seħħet ilbieraħ f’Wied il-Għajn komplew fl-aħħar sigħat u li waslu biex ġie identifikat l-allegat ħalliel.

Fuq informazzjoni li kisbu, il-Pulizija tad-Distrett ta’ Wied il-Għajn u ta’ Bormla ċċirkondaw appartament f’Wied il-Għajn u arrestaw lir-raġel. Saret tfittxija fl-appartament fejn jgħix u nstabu oġġetti relatati mas-serqa.

Huwa qed jinżamm fil-lock up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Furjana u mistenni jitressaq il-Qorti fil-ġranet li ġejjin mill-Pulizija tad-Distrett u tar-Reati Maġġuri.

Aqra wkoll:

Raġel ta’ 70 sena jirreżisti hold-up f’Wied il-Għajn

Share With: