ACE titlob biex ir-restoranti jinfetħu malajr kemm jista’ jkun

Restoranti u stabbilimenti tal-catering għandhom jiftħu malajr kemm jista’ jkun. Qalet dan l-Assoċjazzjoni għall-Istabbilimenti tal-Catering (ACE).

B’reazzjoni għar-rilaxx ta’ wħud mill-miżuri mħabbrin mill-Gvern, l-Assoċjazzjoni qalet li dan huwa maħsub favur l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru għas-settur turistiku biex l-ekonomija ta’ Malta tingħata spinta ’l quddiem.

Madankollu ACE qalet li ma ngħatat l-ebda informazzjoni dwar meta se jkunu qed jinfetħu mill-ġdid fost oħrajn ir-restoranti.

Hija tenniet li l-istabbilimenti tal-catering qatt ma kienu s-sors għall-imxija tal-pandemija. Għaldaqstant talbet lill-gvern biex jiftaħ ir-ristoranti u servizzi oħrajn ta’ intratteniment.

Talbet ukoll biex il-Gvern iqassam il-vawċers, li se jkunu qed iwasslu biex l-ekonomija tieħu spinta immedjata.

Hija kkonkludiet billi qalet li tinsab f’diskussjoni mal-Gvern biex jiġi assigurat s-sostenibbiltà fit-tul tas-settur tal-catering.

Share With: