AC Milan lesti li joffru lil Gianluigi Donnarumma kuntratt ġdid li jiswa €8m kull staġun, iżda…

AC Milan huma lesti li joffru lil Gianluigi Donnarumma kuntratt ġdid li jiswa €8m kull staġun, iżda l-internazzjonali Taljan irrapporta li rċieva offerta ta’ €12m x’imkien ieħor.

Jidher li Donnarumma kien qed jistenna konferma ta’ post fiċ-Champions League mir-Rossoneri għall-istaġun li ġej, qabel ma jiffirma ftehim ġdid ma’ AC Milan.

L-indikazzjonijiet rigward club ġdid għal Donnarumma qed iwasslu għal Paris Saint-Germain, li qed ifittxu goalkeeper li jista’ jieħu post Keylor Navas u jinvesti f’goalkeeper iżgħar iżda li diġá għandu esperjenza vasta bħala ma huwa l-goalkeeper preżenti ta’ AC Milan u tat-team nazzjonali Taljan.

Share With: