AC Milan lesti li jikkunsidraw offerti għal Samu Castillejo
AC Milan huma lesti li jikkunsidraw offerti għal Samu Castillejo dan is-sajf u stabbilixxew valur ta’ €10m għall-winger Spanjol.
Fl-evetwalitá li Castillejo jħalli lir-Rossoneri, il-winger ta’ Bologna, Riccardo Orsolini, u l-attakkant ta’ Lille, Jonathan Ikone, diġá ġew identifikati bħala idoni li jistgħu jieħdu postu.
Iż-żagħżugħ ta’ 26 sena inizjalment tħabat biex iħalli mpatt wara l-wasla tiegħu ma’ AC Milan fl-2018 iżda sab iktar spazju taħt il-coach attwali Stefano Pioli.
F’dan l-istaġun, Castillejo lagħab 24 logħba fis-Serie A, u skorja goal wieħed fil-proċess, bil-kuntratt tiegħu mar-Rossoneri jiskadi f’Ġunju 2023.