81% tal-istabilimenti ma għalqux minkejja l-isfidi tal-pandemija

L-ACE tappella biex jinfetħu l-istabilimenti tal-catering

Minkejja d-diversi sfidi li ħolqot il-pandemija tal-Covid-19, 81% tal-istabilimenti ma għalqux. Dan hekk kif studju li sar mill-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering (ACE) b’kollaborazzjoni ma’ numru ta’ fornituri wera li bejn Marzu 2020 u Marzu 2021 madwar 19% tal-istabbilimenti għalqu. 

Fi stqarrija mibgħuta mill-Assoċjazzjoni tal-Istabilimenti tal-Catering (ACE) hija talbet lill-Gvern biex b’mod immedjat jinfetħu l-istabbilimenti tal-ikel, biex iqassam il-vawċers fid-data tal-ftuħ u biex jinżamm is-supplement sħiħ tal-paga sal-aħħar tas-sena.

F’Marzu li għadda, bil-għan li titrażżan l-imxija tal-Covid-19, kienu tħabbru numru ta’ miżuri fosthom li r-ristoranti, kiosks u snack bars għandhom jinfetħu biss għal skop ta’ takeaway.

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret ix-xahar li għadda, filwaqt li kien irrikonoxxa li dawn il-miżuri jistgħu jkunu kemxejn iebsin għan-negozji, għal din ir-raġuni l-Gvern kien ħabbar li l-Covid Wage Supplement se tkun estiża sa Ġunju li ġej. Il-Prim Ministru kien qal li s-sidien tar-ristoranti wkoll se jerġgħu jieħdu l-għajnuna sħiħa tal-Covid Wage Supplement.

Share With: