66 każ ġdid u l-ebda persuna ma tmut bil-Covid-19

Minn 1,987 swab test li saru lbieraħ, kien hemm 66 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 44 persuna li rkupraw mill-virus, biex issa l-ammont ta’ każi attivi jammonta għal 558.

Ma kien hemm l-ebda mewt relatata mal-virus.

Intant il-Ministeru għas-Saħħa qal li sal-bieraħ ġew amministrati 240,984 doża tal-vaċċin, b’69,306 persuna jirċievu wkoll it-tieni doża.

Share With: