62 każ ġdid ta’ COVID-19… Fiequ 114 persuna oħra

Fl-aħħar numri li ppubblika d-Dipartiment tas-Saħħa, il-każi ta’ COVID-19 f’pajjiżna fl-aħħar 24 siegħa komplew ikunu relattivament baxxi, hekk matul il-jum tal-bieraħ minn 2,289 swab tests instabu 62 każ ġdid ta’ COVID-19.

Fl-aħħar 24 siegħa kienu wkoll iċċertifikati mfejqa 114 persuna mill-vajrus. Il-vittmi kaġun tal-imxija issa telgħu għal 397, wara li lbieraħ mietu żewġt irġiel ta’ ta’ 62 u 65 sena.

In-numru ta’ vaċċinazzjonijiet f’pajjiżna kompla jiżdied b’rata mgħaġġla b’totla ta’ 209,065 titqiba. 57,123 minn dawn huma tieni doża.

Share With: