20% tal-kumpaniji fir-Renju Unit favur li jibdew jaħdmu erbat ijiem fil-ġimgħa

Kważi 20% tal-kumpaniji fir-Renju Unit huma favur li jibdew iħaddmu lill-impjegati tagħhom erbat ijiem fil-ġimgħa minflok ħamest jew sitt ijiem. Din il-miżura kapaċi taffetwa madwar tliet miljun impjegati hekk kif numru ta’ kumpaniji qed jippreparaw l-intrapriżi tagħhom għall-ħajja tax-xogħol wara li jiġi fi tmiemu l-lockdown fir-Renju Unit.

Numru ta’ impjiegi, minħabba r-restrizzjonijiet li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19, spiċċaw jaħdmu mid-dar għal numru ta’ xhur. Dan fisser, li l-bini tal-kumpanija kienet totalment magħluqa mingħajr ħaddiema. Minkejja kollox, dan il-fattur kien ta’ vantaġġ għall-kumpaniji, hekk kif tnaqsulhom l-ispejjeż tal-kontijeit minħabba li l-konsum kien inqas.

Huwa għalhekk li dan il-gwadann ixxpruna din l-idea li l-impjegati jistgħu xorta waħda jkunu produttivi minkejja li ma jkunux qed jaħdmu mix-xogħol iżda mill-kumdità ta’ darhom.

Numru ta’ kumpaniji, inkluż f’pajjiżna qed jistudjaw l-idea li x-xogħol tal-impjegati tagħhom, fejn jista’ jibda jsir totalment mid-dar.

Share With: