18-il xahar ħabs u se jkun ripatrijat lejn l-Italja… kien f’kuntatt ma’ persuni oħra biex jidħlu u joħorġu minn Malta illegalment

Raġel mill-Ghana iżda residenti ż-Żurrieq, intbagħat 18-il xahar ħabs u se jkun ripatrijat lejn pajjiżu meta jiskonta s-sentenza wara li ammetta li kien f’kuntatt ma’ persuni oħra biex jidħlu u joħorġu minn Malta illegalment.

Yunus Yusif ta’ 27 sena tressaq quddiem il-Maġistrat Joseph Mifsud mixli li wettaq dan ir-reat nhar il-Ħadd li għadda. Huwa kien mixli wkoll li kellu fil-pussess tiegħu u għamel użu minn passaport falz.

Ir-raġel wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh mill-Ispettur Frankie Sammut, bil-Qorti tikkundannah piena ta’ 18-il xahar priġunerija. Il-Qorti ħeġġet lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni biex, b’kordinament mad-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, x’ħin il-ħati jiskonta s-sentenza ikun ripatrijat lura lejn il-post minn fejn ġie, jiġifieri lejn l-Italja. 

Share With: