17,776 kumpanija daħlu fis-sistema tal-Wage Supplement

Il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli ddikjarat li l-Wage Supplement qed jagħti l-għajnuna lil ħafna kumpaniji u qiegħed jipproteġi wkoll lill-ħaddiema.

“Qed nitkellmu fuq Wage Supplement ta’ aktar minn €400 miljun, li huwa stmat li pproteġa mal-100,000 impjieg u għandna total ta’ 17,776 kumpanija li daħlu fis-sistema tal-Wage Suplement. Minn dawn, 12,365 persuna li huma self employed,” qalet Dr Dalli fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari.

Hija qalet li dan il-Gvern mhux qed iħares biss li l-kumpaniji jsostnuhom biss bil-Wage Supplement, iżda qed ikunu sostnuti b’numru ta’ skemi oħra fosthom għajnuna fuq il-kera u d-dawl u l-ilma.

“Se nkunu qed nagħtu b’aktar inizjattivi biex ngħinu lill-kumpaniji f’dan il-pajjiż biex ikunu jistgħu jirriġeneraw rwieħhom u jiddiversifikaw in-negozju tagħhom fejn ikun hemm il-ħtieġa,” tenniet Dr Dalli.

Share With: