128 persuna quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja fuq drogi

Il-Gvern jinsab fi stadju ieħor biex ikompli jibni fuq emedi fil-liġi sabiex ma jkunx hemm ċirkustanzi fejn diversi persuni jibqgħu jiġu arrestati u meħuda d-Depot tal-Pulizija għall-interrogazzjoni fuq pussess ta’ ftit grammi ta’ kannabis.

Fil-fatt, fil-perjodu bejn l-2016 u llum, kien hemm madwar 128 persuna li tressqu quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja u wara dehru quddiem il-Bord għar-Rijabilitazzjoni mill-Vizzju tad-Drogi. Dan kien possibbli wara l-emendi li l-Gvern daħħal fil-liġi li l-għan tagħhom kien li jirriformaw iktar milli jikkastigaw lill-persuna.

Bil-pubblikazzjoni ta’ White Paper dwar l-użu responsabbli tal-kannabis, l-għan tal-Gvern hu li jara li persuni li jinqabdu b’ammont inqas minn 7 grammi ta’ kannabis ma jkunux suġġetti għal xi proċeduri kriminali jew ġudizzjarji. 

Il-Ministru Edward Zammit Lewis waqt li ta din l-informazzjoni għal mistoqsija parlamentri tad-deputat nazzjonalisa Claudette Buttigieg, enfasizza li filwaqt li mhux l-iskop li jkun imħeġġeg l-użu tal-kannabis, huwa mportanti iżda li s-soċjeta’ ma tagħlaqx għajnejha għar-realtajiet li jeżistu li wkoll għandhom ikunu ndirizzati b’mod responsabbli.

Share With: