Żagħżugħ Awstraljan jitlef ħajtu wara tingiża ta’ brama velenuża

Żagħżugħ Awstraljan tilef ħajtu meta kien qiegħed jgħum fil-bajja ta’ Queensland wara li brama magħrufa bħala box jellyfish niggżitu. Il-magni li kienu qegħdin iżommu liż-żagħżugħ ħaj fl-isptar ġew mitfija nhar it-Tnejn li għadda, ġimgħa wara li seħħ il-każ. 

Din il-mewt traġika hija l-ewwel waħda tat-tip tagħha ġewwa l-Awstralja mill-2006 ’l hawn. Il-box jellyfish tal-Awstralja – l-isem tagħha ġej mill-forma li għandha – hija kkunsidrata bħala l-iktar speċi tal-baħar velenuża. Meta din il-brama tinjetta l-velenu qawwi tagħha fil-bniedem jew f’annimal dan iwassal għal paraliżi, attakk tal-qalb u finalment mewt. 

Iż-żagħżugħ inkwistjoni kien ingħata għajnuna immedjata fuq il-bajja u mbagħad ittieħed immedjatament lejn l-isptar ta’ Townsville. Sfortunatament hu tilef il-battalja mal-mewt. 

Share With: