Varjant ġdid tal-Covid-19 joriġina mill-Filippini

L-awtoritajiet tas-saħħa dinjin qed isegwu varjant ġdid tal-Covid19 imsejjaħ P3. Dan oriġina mill-Filippini.

Rapporti li qed joħorġu mill-Ġappun qed jitkellmu dwar raġel li vvjaġġa mill-Filippini lejn il-Ġappun fi Frar li għadda u dan kien infettat b’varjant ġdid. Il-varjant qed jingħad li hu differentiminn dak li ġew identifikati fir-Renju Unit, l-Afrika t’Isfel u l-Brażil.  

It-tabib Paolo Medina, li hu eks uffiċjal muniċipali tas-saħħa fil-Filippini,  iddikjara li l-varjant mill-Filippini jidher li għandu l-‘ispike mutations’ tal-varjanti l-oħra.

Rapporti mhux konfermati f’siti barranin qed jirrapurtaw li dan il-varjant diġà nstab f’persuni fil-Ġappun u fl-Ingilterra.

Share With: