Uffiċjali tad-dwana jinterċettaw għasafar friżati f’pakkett mibgħut mill-Ingilterra

Il-ġimgħa li għaddiet waqt moniteraġġ fuq pakketti mal-wasla tagħhom mill-Ingilterra, uffiċjali tad-dwana stazzjonati fil-Malta Post ġihom suspett fuq pakkett partikolari u għaddewh għal aktar kontrolli.

Il-pakkett ġie miftuħ fil-preżenza ta’ rappreżentanti tal-Malta Post u rriżulta li kien fih 10 għasafar li sussegwentament ġew ikkonfiskati sabiex isiru aktar investigazzjonijiet.

Uffiċjali tal-ERA kienu mitluba jintervjenu biex jidentifikaw l-għasafar u jipproċedu bl-investigazzjoni.

Share With: